Buy Ativan no prescription
Home
Who We Are
Become a Member
Academic Courses
CPD Courses
FHRD in collaboration with Paragon Europe
FHRD in collaboration with ISTC
Seminar & Conferences
HR Awards
Human Resources Competency Certificate
Official Opening
FHRD Library
FHRD Articles
Research
Publications
Links
Contact Us

 
 
 
Foundation for Human Resources Development
FHRD House,
1, Kampanella Road
San Gwann, Malta
Tel: 00356 21 378895
Fax: 00356 21 381945
Email: info@fhrd.org

Hits: 955445.

  

Foundation for Human Resources Development>

 

Continuous Professional Development Programme 2009

 

Motivazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi għal negozji żgħar

 

Dan it-taħriġ jikkwalifika għal-fondi taħt it-Training Aid Framework immaniġjat mill-ETC. Din l-iskema tipprovdi lura il-flus li l-kumpanija tkun ħarġet biex tibgħat lill-ħaddiema tagħha għat-training. Dawk kollha li jixtiequ japplikaw għal dawn il-fondi konnessi ma’ dan it-taħriġ jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw min ta l-inqas tlett ġimgħat qabel l-ewwel ġurnata ta’ dan it-taħriġ (3 ta’ Awwissu).L-FHRD toffri is-servizz li tipprepara id-dokumenti neċessarji li jkollkhom bżonn biex tapplikaw għal fondi. Tistgħu tikkuntatjaw lil Nancy Vella.

 

Titlu tal-Kors

Motivazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi għal Negozji Żgħar

Dati

24, 27, 31 ta’ Awwissu, 3 ta’ Settembru 2009

Ħin

13:30 sal 16:00

Profil tat-Trainer:

 

Dr. Katie Birch PhD

Dr. Katie Birch hija iċ-Chairperson ta’ Lifeforce Alliance Ltd., li hija kumpanija internazzjonali ibbażata fl-Ingilterra. Barra min hekk hija l-Kap mhux eżekuttiv ta’ Reach Beyond UK, President ta’ Reach Beyond Malta, kif ukoll Membru Onorarju tal-Maltese Mentoring Society.

 

Katie ħadmet kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat bħala direttriċi, fil-qasam maniġerjali. Hija bdiet il-karriera tagħha fis-settur tas-saħħa, fejn minn hemm tgħallmet kif in-nies jimmaniġjaw lilhom infushom, jiġu maniġjati u kif dan kollu jaffettwa il-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Katie kienet tmexxi diversi organizzazzjonijiet żgħar fosthom organizzazzjonijiet ta’ taħriġ, konsulenza maniġerjali u organizzazzjonijiet li joffru servizz ta’ parir.

 

Katie tispeċjalizza fl-immaniġjar tan-nies u tagħti sapport lill-organizzazzjonijiet li għaddejjin minn tibdil. Hija tispeċjalizza fil-kultura ta’ l-organizzazzjoni, fil-valuri u twemmin. Għandha PhD fil-Psikoloġija Soċjali  li kien riżultat ta’ seba’ snin ta riċerka.

Il-Ħsieb dwar il-kors

 

Is-sitwazzjoni ekonomika kurrenti hija diskussa tista’ tgħid fuq kull stazzjon tat-televiżjoni u fil-gazzetti kemm lokali, kif ukoll internazzjonali. Din tista twassal għal-klima ta inċertezzi u pretensjoni li ma’ tantx hemm x’tagħmel.

 

Fattur realistiku huwa il-piż biex iħallsu l-kontijiet li jaffetwaw lin-negozji żgħar aktar min negozju kbar, għax dawn għandhom ir-riżorsi biex jimmaniġjaw nuqqas ta’ dħul għal tul ta’ żmien.

 

Fi klima ta’ din ix-xorta, huwa mportanti ħafna li tieħu l-ħin sabiex realistikament tevalwa sitwazzjonijiet sabiex tara dak li jista jsir sabiex tgħaddi min dan iż-żmien diffiċli. Studji juru li meta tiġi b’dahrek mal-ħajt ħafna drabi dan iwassal sabiex wieħed ikun aktar kreattiv.

 

Fattur ewlieni huwa l-fatt li meta iżżomm l-impjegati motivati ġewwa l-organizzazzjoni, u tassigura li ċertu dikjarazzjonijiet li jiġu ġeneralizzati fil-media ma’ jkunux aċċettati bħala fatt u l-ħaddiema jkollhom l-ispazju li janalizzaw il-verita’ mas-sensazzjonaliżmu.

 

Fi żminijiet bħal dawn jista jkun utli li tinvesti fi ftit ħin sabiex tara kif inhi s-sitwazzjoni u tkun kreattiv kemm jista jkun.

 

Dawn il-kumpaniji li ma jagħmlux analiżi tar-riskji ta’ madwarhom ikunu qed jirriskjaw li jsofru telfa kbira. Għalhekk huwa important li tkun taf ir-riskji u tiżviluppa l-abiltajiet ta’ l-impjegati biex tantiċipa x’inhu ġej qabel issib ruħek fi kriżi. Mill-banda l-oħra, krisi tista tkun opportunita sabiex jerġgħu jinbnew negozji ġodda.

 

Sensiela ta’ diskussjonijiet ser isiru sabiex flimkien naqsmu id-diffikultajiet u l-ideat dwar kif l-aħjar iżżomm il-motivazzjoni u tibqa miexi ’il quddiem.

Għal min?

 

Dawn is-sensiela ta’ diskussjonijiet huma immirati għal dawk in-nies li għandhom xi negozju żgħir jew managers ta’ negozji żgħar li jaħsbu li jekk jinvestu ftitil-ħin il-bogħod mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum jaraw orizzonti ġodda u aktar ċari.

L-Għan tal-kors

 

  • Dawk li jattendu jitgħallmu jassessjaw is-sitwazzjoni kurrenti u l-motivazzjoni tal-ħaddiema fin-negozju
  • Il-parteċipanti ikollhom l-opportunita li jaqsmu il-biżat tagħhom fuq il-futur
  • Il-parteċipanti jaqsmu l-ideat fuq kif jistgħu jimxu ’l quddiem
  • Il-parteċipanti jidentifikaw għarfien dwar l-immaniġjar f’sitwazzjoni ta’ kriżi.
  • Jidentifikaw aspetti posittivi fi żminijiet ta’ inċertezza
  • Jitgħallmu jgħamlu żvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni u l-implimentazzjoni tagħha

Kontenut tal-kors

 

Nirrikonoxxu li kull krisi hija opportunita biex jerġghu jibdew in-negozju

 

Diskussjoni bejn dawk li jattendu kif jimmanġjaw il-biża u jżommu ruħhom motivati

 

Sessjonijiet prattiċi biex ikunu realistiċi fuq is-sitwazzjoni tagħhom

 

Kif tifhem affarijiet li jiġru meta ma jkunux mistennija

 

Tidentifika attivitajiet prattiċi biex timmaniġja is-sitwazzjoni

 

Titgħallem kif timplimenta is-Sitt Punti fl-immaniġjar ta’ kriżi

 

Tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir, medju u fit-tul

 

Kif ser isir it-tgħalim

 

Dawn is-sessjonijiet huma informali u maħsuba biex il-parteċipanti ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod rilassanti.

 

Niddiskutu u naqsmu ħsibijiet komuni

 

Naqsmu ideat prattiċi relevanti għall kull negozju

 

Opportunita biex nidentifikaw u niprattikaw ħiliet personali u professjonali relevanti

 

Nirrikonoxxu kunfidenzjalita’

 

Niżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni

 

Post fejn ser isir:

 

FHRD, 1, Triq il-Kampanella, San Ġwann, SĠN1050

Ħin:

13:30 – 16:00

Prezz:

 

Membri tal-FHRD: €167

Mhux membri tal-FHRD: €197

 

Għal kull booking li tgħamlu jista jattendi parteċipant ieħor b’xejn mill-istess kumpanija.

Bookings:

 

Irreġistra online billi iżżur il-website;

 

http://www.fhrd.org/RegistrationForm.pdf

 

Bookings iridu jsiru sa nhar it-Tnejn 17 t’Awwissu 2009

 

Għal iktar dettalji ikkuntatjaw lil Nancy Vella fuq 21378895 jew nvella@fhrd.org